Saturday, October 18, 2014












With Melanie Laurent











newsbook  via filmedinmalta

Brangelina jħallu Mġarr ix-Xini u jmorru l-Għarb

Angelina Jolie u Brad Pitt ħallew għall-ftit is-sett tal-film By the Sea fi Mġarr ix-Xini, u llum qed iqattgħu ġurnata fil-Pjazza tal-Għarb.
Tard dalgħodu fil-pjazza kienet tispikka s-serenità, minkejja li kulħadd kien fuq xogħlu. Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà  jgħassu l-pjazza, atturi ppreparati għall-ġbid tax-xena, ħaddiema jirranġaw is-sett u jippreparaw il-loġistika, karozzi antiki u lussużi li se jidhru fil-film, tined bl-ikel u x-xorb u xi nies mill-Għarb stess jaraw partijiet mill-pjazza tagħhom tinbidel f’film.
Il-ġbid tax-xeni għall-By the Sea fl-Għarb fil-Pjazza tal-Għarb se jibqa’ għaddej sa nofsillejl. Il-pjazza ilha magħluqa mill-bieraħ filgħaxija.
Newsbook.com.mt ħa xi ritratti fuq il-post, madanakollu l-pulizija u l-uffiċjali tas-sigurtà talbuna biex ma nippubblikawhomx u saħansitra nħassruhom.
Ritratt: visitgozo.com



Kien hemm min xorta daħal fis-sett ta' Brangelina!

Charmaine  Attard   -  18/10/14 02:24 PM





Minkejja li Newsbook.com.mt ilbieraħ twaqqaf milli jieħu ritratti fl-Għarb fejn kien għaddej il-ġbid ta’ xeni mill-film By the Sea ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt, jidher li kien hemm min irnexxielu jitlaq mill-pjazza b’ritratt.
Ritratt li bagħtilna qarrej ta’ Newsbook.com.mt juri l-preparamenti fuq waħda mix-xeni tal-film.
Ilbieraħ Angelina Jolie u Brad Pitt ħallew għall-ftit is-sett tal-film fi Mġarr ix-Xini u qattgħu ġurnata fil-Pjazza tal-Għarb. Fil-ħin li Newsbook.com.mt kien fuq il-post, fil-pjazza kien hemm karozzi antiki u lussużi li se jidhru fil-film, kif ukoll xi atturi ppreparati għall-ġbid tax-xena. Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà ġiegħluna nħassru quddiemhom stess ir-ritratti li ħadna.